Merħba

Merħba fil-websajt ta’ Dar Ġużeppa Debono, post fejn nittamaw li ssib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwarna, is-servizzi li noffru lill-ommijiet u l-missirijiet li għandhom tfal barra ż-żwieġ u l-familji rispettivi tagħhom, u l-attivitajiet kollha li aħna nagħmlu favur il-ħajja u ż-żgħażagħ

Riflessjonijiet fuq l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet "Niċċelebraw il-Ħajja umana" (Part 5)

It-tliet valuri fundamentali

Fil-paragrafu 10 tal-Ittra Pastorali, ir-rgħajja spiritwali tagħna jagħtuna tliet valuri fundamentali li għandhom jiġu irrispettati: il-valur tal-ħajja u l-intergrità fiżika ta’ kull bniedem; il-valur tal-unità taż-żwieġ, il-valur tas-sesswalità umana fiż-żwieġ.

 

Read more...

Min aħna?

Aħna entità tal-Knisja u organizzazzjoni mhux governattiva li nipprovdu għajnuna għall-ommijiet u l-missirijiet waħedhom, u nippromovu l-valuri tal-ħajja sa mill-konċepiment u l-importanza ta' relazzjonijiet b'saħħithom fil-ħajja tagħna.

Dak li nagħmlu

Immexxija mill-voluntiera, Dar Ġużeppa Debono tipprovdi residenza, appoġġ u għajnuna professjonali (f'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra) għal ommijiet waħedhom, missirijiet u l-familji rispettivi tagħhom. Norganizzaw ukoll seminars favur il-ħajja fl-iskejjel u fil-parroċċi.

More Articles...

  1. Għaliex nagħmlu dan?