Merħba

Merħba fil-websajt ta’ Dar Ġużeppa Debono, post fejn nittamaw li ssib dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwarna, is-servizzi li noffru lill-ommijiet u l-missirijiet li għandhom tfal barra ż-żwieġ u l-familji rispettivi tagħhom, u l-attivitajiet kollha li aħna nagħmlu favur il-ħajja u ż-żgħażagħ

Għaliex nagħmlu dan?

Biex nagħtu appoġġ lill-ommijiet waħedhom li ġeneralment huma taħt xokk bl-aħbar ta' tqala mhux ippjanata, u nedukaw żgħażagħ u adulti jitgħallmu jirrispettaw lilhom infushom u l-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.