Published Date

Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf ta’ l-Omm

Jum Il-Ħajja
Il-Ħadd 3 ta’ Frar, 2013

Fl-okkażżjoni ta’ dan il-jum se jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf ta’ l-omm. Din it-talba qegħda ssir għal dawn ir-raġunijiet:
• Biex nitolbu l-grazzja t’Alla u l-għajnuna tiegħu għalikom il-ġenituri li qed tistennew tarbija
• Biex dan iż-żmien ta’ stennija jkun għalikom żmien ta’ ferħ u serħan spiritwali
• Biex il-komunita’ nisranija u l-familjari tagħkom jitħeġġu fit-talb għat-trabi li se jitwieldu
• Biex is-soċjeta’ tagħraf li l-ħajja hija don ta’ Alla u għalhekk tirrispettaha sa mit-tnissil