it-Tnejn, 08 June 2020

Quddiesa b’Talb Speċjali għall-Ħarsien tat-Trabi fil-Ġuf

 

Is-Sibt 20 ta’ Ġunju, 2020 fis-6.30pm Fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

 

 

Kien programmat li lejliet il-festa tal-Madonna Ta’ Pinu jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf fis-Santwarju Ta’ Pinu. Dan mhux possibbli li jsir minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid 19.

Għalhekk, minflok, fl-istess Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fl-20 ta’ Ġunju minn Mons. Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, bħala talba lil Alla bl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu għall-ħarsien tat-trabi fil-ġuf.

 

Aħna nistgħu ningħaqdu mas-Santwarju peress li din il-Quddiesa tiġi trażmessa fuq l-istazzjon televiżiv TVM2.

 

Nistednukom biex tingħaqdu magħna b’dan il-mod. Napprezzaw jekk tikkonfermaw li rċevejtu din in-nota billi tavżawna. (Mobile: 79386233; Email: This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it. "> This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it. )

 

Wara ser nibagħtulkom tifkira ta’ din l-okkażjoni biex iżżommuha mar-rikordji tal-istorja tat-tarbija tagħkom.

 

Aħna qed nitolbu għalikom kuljum.

 

Inselli għalikom,

 

 

Rita Sultana

f’isem il-Komunità Anawim u l-Bord ta’ Dar Ġużeppa Debono