Adozzjoni Spiritwali

 

Xi tfisser?

Din tfisser li titlob għal tarbija li qiegħda tizviluppa f'ġuf ommha u li qiegħda f'riskju ta' abort.

X'hemm bzonn tagħmel?

  • Itlob għat-tarbija matul id-disa' xhur ta' zvilupp
  • Agħti lit-tarbija isem spiritwali u data tat-twelid probabbli
  • Kull xaghar se tirċievi messaġġ mingħand it-tarbija adottiva tiegħek fejn tiġi nfurmat/a fuq l-izvilupp li tkun qed tgħaddi minnu

Min qed jagħmlu?

  • L-istudenti kollha tal-Form 3's li jattendu fl-erba' skejjel sekondarji f'Għawdex qed jagħmlu dan il-proġett matul din is-sena skolastika.
  • Zewġ skejjel tal-knisja f'Malta qed jagħmlu dan il-proġett ma' l-istudenti tal-Form 5.
  • Il-Parroċċi tan-Nadur, Għarb u Xagħra diġa bdew dan il-proġett u t-tarbija li qed jitolbu għaliha waslet fil-ħames xahar tagħha.
  • Tliet Parroċċi oħra f'Għawdex; Zebbug, Ghajnsielem u Kercem se jibdew dan il-proġett f'Diċembru 2011.
    Parroċċi oħra se jkunu mħajra jibdew dan il-proġett jew f'Marzu 2012 jew f'Settembru 2012.

Kif tista' tagħmlu?

Dawk interessati li jibdew dan il-proġett huma mitluba jikkuntattjawna fuq 21552595 jew jibghatulna email fuq guzeppadebonohome​@​gmail.com u nipprovduhom bl-informazzjoni kollha dwar il-proġett u l-cards li jitqassmu kull xahar.