Strict Standards: Only variables should be assigned by reference in /home/content/92/7425692/html/darguzeppadebono/plugins/system/webmastertools/webmastertools.php on line 33
Dar Guzeppa Debono - Kwistjonijiet Tal-Ħajja

Strict Standards: Declaration of JCacheControllerView::get() should be compatible with JCacheController::get($id, $group = NULL) in /home/content/92/7425692/html/darguzeppadebono/libraries/loader.php on line 332

Icon representing Kwistjonijiet Tal-Ħajja category Kwistjonijiet Tal-Ħajja

Din il-paġna għadha qed tinbena

Ħsieb f'Jum il-Ħajja (Xagħra, 2013)

Nixtiequ naqsmu magħkom ħsieb li dun Simon Mario Cachia, saċerdot mill-parroċċa ta' San Ġorġ, il-Belt Victoria, għamel fl-okkazzjoni ta' Jum il-Ħajja li ġie iċċelebrat fil-parroċċa ta' Marija Bambina, ix-Xagħra, bħala parti min-Novena bi tħejjija għall-festa. Il-ħsieb - li ġie mxandar fil-forma ta' prietka nhar it-30 t'Awwissu 2013 - jitlaq mir-riflessjoni fuq il-ħajja tal-Verġni Marija biex idawwal l-impenn u r-responsabilita' li kull nisrani għandu biex iħares u jippromovi l-ħajja ta' kull bniedem u bniedma mill-mument tat-tnissil sal-mewt naturali. Fih wieħed isib spunti sbieħ kemm mill-aspett spiritwali kif ukoll minn dak morali. Hija kitba li tinkuraġixxi lil kull min jaqraha biex jimpenja ruħu favur il-ħajja umana.

Read more...

It-Twemmin Kristjan u l-Kultura Favur il-ħajja

X'għandi nagħmel biex ngħix? Din hija mistoqsija li jagħmel kull bniedem, għax l-istess stint tagħna l-bnedmin isuqna biex niddefendu ħajjitna! Fil-fatt, l-għażliet li nagħmlu fil-ħajja kollha għandhom mira waħda: il-ħsieb li ntejbu l-kwalità tal-ħajja! Imma xi drabi jarralna, għax mhux dak kollu li jleqq huwa deheb! Fil-fatt, hemm persuni li għandhom il-ġid imma ma humiex kuntenti; hemm min għandu s-saħħa (fis-sens wiesa' tal-kelma) imma dejjem jonqsu; hemm min jaf jiddeverti mingħajr ebda rażan u xorta waħda mhux sodisfatt sal-aħħar! Anzi, f'ċerti każijiet hemm min, biex joqgħod sewwa hu, jasal biex jirfes jekk mhux ukoll jeqred ħajjet ħaddieħor! Għalhekk bir-raġun il-bniedem jistaqsi sewwa sew x'għandu jagħmel biex jgħix!

Jekk irid jgħix, il-bniedem għandu bżonn ta' Alla, li huwa l-Awtur tal-ħajja. Il-bniedem ma jistax japprezza d-don tal-ħajja jekk ma jemminx f'Alla! Alla huwa l-kejl aħħari li bih nistgħu nkejlu l-valur tal-ħajja umana. Meta pprova jiskarta lil Alla, il-bniedem innifsu sar theddida għall-ħajja tiegħu nnifsu u tal-oħrajn. Miftum minn Alla, fid-dgħufija tiegħu, il-bniedem faċli jissieħeb f'konġura kontra l-ħajja. Biex jaqta' x-xewqat istintivi tiegħu, il-bniedem bla Alla kapaċi jasal biex jissagrifika mhux biss il-kwalità tal-ħajja, imma l-ħajja nfisha. Malli nneħħu lil Alla, taqa' żorba l-familja mibnija fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara, li hija l-unika benniena naturali li tilqa' fiha l-ħajja umana.

Għalhekk, jekk tħobb il-ħajja, xandar il-Bxara t-Tajba ta' Ġesù Kristu! Għaliex l-għan tal-evanġelizzazzjoni huwa li ngħinu lill-bniedem jiltaqa' mal-Mulej, li waħdu jista' jagħti tifsira lill-eżistenza tagħna. Kristu huwa l-unika proposta għal min jixtieq jgħix il-ħajja fil-milja tagħha. Kristu joffri din it-tweġiba mhux biss għax jurina b'liema mħabba jħobbna Alla l-Missier, imma wkoll għax bl-eżempju ta' ħajtu stess jurina li l-imħabba vera hija dik li ma tfittixx dak li huwa tagħha imma tingħata għall-oħrajn.

Gianna Beretta Molla kienet tabiba Nisranija u omm ta' erba' wlied. Ġara li meta fl-1961 kienet tqila bir-raba' tarbija, Gianna sabet li kellha tumur. Hija insistiet mat-tobba biex isalvaw lit-tarbijam u ftit ġranet qabel wildet tenniet: "Jekk ikollkom bżonn tagħżlu bejn it-tarbija u bejni, agħżlu lit-tarbija". Fil-21 ta' April 1962 twieldet it-tarbija, u ftit jiem wara l-omm mietet! Kienet il-fidi fi Kristu li wasslet lil Santa Gianna Beretta Molla biex għażlet li tmut hi biex tiddefendi l-ħajja! Imma hija l-istess fidi li tgħidilna li b'dan l-att ta' mħabba, għalkemm mietet, Santa Gianna daħlet fil-ħajja ta' dejjem!

Għalhekk, jekk tassew ngħożżu l-ħajja, nitkellmu aktar mal-oħrajn dwar Kristu u l-Vanġelu tiegħu. It-twemmin Kristjan iġib 'il quddiem kultura favur il-ħajja.