Servizzi
Aħna noffru tipi differenti ta' servizzi sabiex nipprovdu appoġġ lill-ommijiet u missirijiet li għandhom tfal barra iż-żwieġ, u l-familji rispettivi tagħhom
Servizzi Residenzjali
Huwa wkoll offrut servizz residenzjali lill-ommijiet adolexxenti li jixtiequ li jkollhom residenza alternattiva barra d-dar tagħhom. L-għan ewlieni huwa li tingħata l-privatezza meħtieġa lill-omm adolexxenti biex hekk tiġi meħlusa mill-pressjonijiet soċjali li jista' ikun hemm. Din ir-residenza alternattiva tgħin lil ommijiet adolexxenti billi toffrilhom ambjent kwiet u sigur fejn jistgħu joqogħdu.
Appoġġ għall-Koppji
Norganizzaw laqgħat biex nagħtu appoġġ lill-koppji li jkollhom jew qed jistennew tarbija barra ż-żwieġ. Matul dawn il-laqgħat il-koppji jiġu mgħallma dwar il-fażijiet varji fir-relazzjoni tagħhom u jiġu megħjuna jidentifikaw liema fażi bħalissa huma qegħdin fiha. Il-koppji huma megħjuna jadattaw ruħhom għall-bidla kbira f'daqqa li tarbija ġġib magħha.