Appoġġ għall-Koppji

Norganizzaw laqgħat biex nagħtu appoġġ lill-koppji li jkollhom jew qed jistennew tarbija barra ż-żwieġ. Matul dawn il-laqgħat il-koppji jiġu mgħallma dwar il-fażijiet varji fir-relazzjoni tagħhom u jiġu megħjuna jidentifikaw liema fażi bħalissa huma qegħdin fiha. Il-koppji huma megħjuna jadattaw ruħhom għall-bidla kbira f'daqqa li tarbija ġġib magħha. Dawn huma mgħallma l-modi differenti ta' kif jittrattaw mal-kunflitt u kif jistgħu jaffaċċjaw il-ħafna sitwazzjonijiet li jistgħu jsibu ruħhom fijhom. Il-valuri tal-koppja huma diskussi wkoll.