Highlights (Top ALL)

Fis sitta u għoxrin sena ta eżistenza tagħha, Dar Guzeppa Debono għenet ħafna ommijiet waħedhom, missirijiet u il familji rispettivi tagħhom. Dar Guzeppa Debono organizzat ukoll b'mod attiv seminars biex teduka żgħażagħ kif ukoll adulti dwar l-importanza li dawn jirispettaw infushom u l-ħajja tat-tfal li għadhom mhux imwielda.
Dar Guzeppa Debono tinstab fir-raħal ta Għajnsielem f'Għawdex u hi viżibbli mil-port ta l'Imgar malli tinżel mil vapur.
Dar Guzeppa Debono twaqqfet fl-1985 mill-Eċċellenza tiegħu Nikola G. Cauchi Isqof ta 'Għawdex biex ikun grupp ta voluntiera li jgħinu l'ommijiet waħedhom u fl-istess ħin jwettqu attivitajiet ta kull tip favur il-ħajja

Dak li nagħmlu

Immexxija mill-voluntiera, Dar Ġużeppa Debono tipprovdi residenza, appoġġ u għajnuna professjonali (f'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra) għal ommijiet waħedhom, missirijiet u l-familji rispettivi tagħhom. Norganizzaw ukoll seminars favur il-ħajja fl-iskejjel u fil-parroċċi.