Icon representing Aħbarijiet category Aħbarijiet

Oqod attent għal din il-paġna, jew segwina fuq Twitter jew Facebook, sabiex tkun taf l-aħħar aħbarijiet dwar dak kollu relatat ma Dar Guzeppa Debono u l-missjoni tagħha

il-Ħadd, 27 Jannar 2013

Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf ta’ l-Omm

Fl-okkażżjoni ta’ dan il-jum se jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf ta’ l-omm. Din it-talba qegħda ssir għal dawn ir-raġunijiet:

Read more...

it-Tlieta, 15 Mejju 2012

Studenti Għawdxin u Maltin jiċċelebraw il-Ħajja

It-Tlieta 15 ta’ Mejju 2012 saret ċelebrazzjoni bħala għeluq tal-proġett “Il-Valur tal-Ħajja”, imniedi minn Dar Ġużeppa Debono, li fih ipparteċipaw l-istudenti kollha tat-tielet klassi tal-iskejjel sekondarji ta’ Għawdex flimkien mal-istudenti tar-raba’ klassi tal-Iskola St Monica ta’ Birkirkara. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’mixja mill-bidu tat-triq li twassal lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, f’Għawdex, li ġiet imsemmija “Il-Mixja tal-Ħajja”. Matul il-mixja saru disa’ waqfiet li jimmarkaw id-disa’ xhur li t-tarbija tgħaddi fl-ewwel dar tagħha: il-ġuf ta’ ommha.

Read more...

it-Tlieta, 07 Frar 2012

l-Isqof Grech ifaħħar bħala atti erojċi l-adozzjoni u l-fostering

Minkejja t-temp xejn favorevoli, Dar Ġużeppa Debono ċċelebrat Jum il-Ħajja kif ippjanat, b’mixja simbolika lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar 2012, li tulha nqraw riflessjonijiet sbieħ fuq il-ħajja ppubblikati mid-Dar fi ktejjeb ċkejken li tqassam lill-pubbliku.  Id-disa’ waqfiet ġew animati kull darba b’koreografija qasira mtellgħa mill-istudenti tas-Central Academy of Dance fi ħdan l-Iskola tad-Drama ta’ Għawdex.

Read more...