Icon representing Għarfien category Għarfien

Norganizzaw diversi attivitajiet biex tinħoloq kuxjenza; dwar is-sbuħija, qdusija u l-uniċità tar-rigal tal-ħajja, dwar it-tqala fost l-adolexxenti, id-dilemma ta ommijiet u missirijiet waħedhom, u dwar kwistjonijiet ta' saħħa sesswali.

Adozzjoni Spiritwali

Din tfisser li titlob għal tarbija li qiegħda tizviluppa f'ġuf ommha u li qiegħda f'riskju ta' abort. Itlob għat-tarbija matul id-disa' xhur ta' zvilupp. Agħti lit-tarbija isem spiritwali u data tat-twelid probabbli. Dawk interessati li jibdew dan il-proġett huma mitluba jikkuntattjawna fuq 21552595 jew jibghatulna email fuq This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it. u nipprovduhom bl-informazzjoni kollha dwar il-proġett u l-cards li jitqassmu kull xahar.

Read more...

Stem Cells ul-Klonazzjoni

Ir-riċerka dwar l-istem cell kienet ġiet ippreżentata mix-xjentisti, it-tobba u l-midja bħala waħda mill-aktar tipi ta’ riċerki importanti llum il-ġurnata. Toffri l-wegħda li tikkura wħud mill-mard u minn problemi mediċi l-aktar devastanti, fosthom id-dijabete, il-lewċemija, il-marda ta’ Parkinson, il-marda Alzheimer, il-mard tal-qalb u ħsara fil-moħħ u fis-sinsla tad-dahar. Mela għaliex il-Knisja Kattolika hi kontra ċerti tipi ta’ riċerka dwar l-istem cell?

Read more...